Mara ta’ tlieta u sittin sena li toqgħod Ħal Qormi sofriet minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza tat-tip Citroën Berlingo misjuqa minn raġel ta’ wieħed u sebgħin sena mill-Ħamrun.
Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin kwart meta ġie msejjaħ tim mediku li ħa lill-vittma lejn l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza.
Aktar tard il-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.