L-iskema Fond ta’ Ko-Finanzjament tal-Għaqdiet Volontarji mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat qed talloka €150,000 għall-għaqdiet volontarji matul is-sena.
Dan ser jikkumplimenta l-attivitajiet eżisteni li jkunu appoġġjati minn finanzjament tal-Unjoni Ewropea b’hekk tiżdied l-għajnuna għal dawn l-għaqdiet.
Il-fond ser ikun ta’ spalla tas-settur fuq livell lokali bil-għan li jinkoraġixxi lil għaqdiet volontarji ikunu f’qagħda aħjar biex jakkwistaw fondi mill-Unjoni Ewropea għall-proġetti tagħhom.
Għaldaqstant, din l-iskema ser tkun qed tgħin biex l-fondi allokati għal pajjiżna mill-Unjoni Ewropea ikunu użati bl-aħjar mod għall-komunitajiet tagħna.
Il-Ministru responsabbli mill-volontarjat, Julia Farrugia Portelli tenniet l-impenn tal-Gvern li ser ikompli jaħdem id f’id mal-għaqdiet volontarji li huma pedament tas-soċjetà Maltija biex jeċċellaw f’ħidmiethom li tagħmel tant ġid.
Wieħed jista’ jikseb aktar tagħrif dwar din l-iskema u skemi oħrajn minn fuq is-sit https://vofunding.org.mt/funds/9.