Illum huwa l-ħamsin anniversarju minn dak deskritt bħala l-Ħadd Imdemmi.
F’dan il-jum tal-1972, 13-il persuna, li kienu qed jipprotestaw dwar id-drittijiet ċivili f’Londonderry belt fl-Irlanda ta’ Fuq, inqatlu brutalment minn suldati Brittaniċi.
50 sena wara, oħt waħda mill-vittmi tappella’ biex il-qattiel ta’ ħuha jammetti dak li kien għamel, biex issir ġustizzja mal-vittmi u għalhekk ħuha, li kellu 17-il sena, ikun jista’ jistrieħ fil-paċi.
Fil-fatt, wara dak il-massakru, persuna waħda magħrufa bħala Soldier F kienet tressqet il-qorti, madanakollu, il-każ kien waqa’ qabel ma beda jinstema’.
Column Eastwood, Membru Parlamentari Irlandiż qal li huwa inaċċettabbli li diċenji wara u dan il-każ għadu jitpoġġa taħt it-tapit.