Ċertu nħawi tal-Kosta tal-Lvant tal-Amerika nksew aktar minn 60 ċentimetru ta’ borra; fil-fatt New York iddikjara stat ta’ emerġenza hekk kif l-istat huma miksi bi gverta bajda ta’ borra.
Flimkien ma’ New York hemm numru ta’ stati oħra li jinsabu fuq alert, hekk kif jidher li l-maltempata mistennija tibqa’ tippersisti tul il-jum.
Eluf kbar ta’ djar spiċċaw bla provvista tad-dawl kawża t’hekk, filwaqt li mas-6,000 titjira ġew imħassra minħabba li t-temp ma jippermettix.
Il-Gvernatur ta’ New York wissiet lill-pubbliku biex jibqa’ fil-kenn ta’ daru hekk kif it-temperaturi kesħin mistennija jinżlu taħt iż-żero, u li huma ta’ periklu għal saħħet in-nies b’mod speċjali dawk vulnerabbli.
L-aħħar li kienet saret maltempata simili kienet erba’ snin ilu.
Bassara tat-temp qalu li f’dan il-perjodu ta’ żmien huwa aktar possibbli li jsiru maltempati tal-borra simili għal dak li qed jiġri bħalissa.