16:20: Ir-raġel li ttieħed l-isptar wara li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu, tilef ħajtu.
Ir-raġel li għandu 57 sena u residenti San Pawl il-Baħar meta għal xi raġuni tilef kontrol tal-vettura u baqa’ dieħel fil-barriers.
Mill-ewwel investigazzjoni jidher li l-kawża tal-mewt hi waħda naturali.
Aktar Qabel: Persuna ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku ftit tal-ħin ilu.
L-inċident seħħ fi Triq Kunsill tal-Ewropa f’Ħal Luqa għall-ħabta tas:1:10 ta’ wara nofsinhar meta s-sewwieq tal-vettura li kien sejjer direzzjoni lejn Ħal Tarxien tilef kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel fil-barriers.
Il-kundizzjoni tal-persuna għadha mhix magħrufa.