Il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar ser ikun qed jikkummisjona bust tal-mibki Dr Victor Calvagna fl-akwati fejn seħħ l-inċident. Din l-idea ħareġ biha is-Sindku tal-lokalita’ s-Sur Alfred Grima, fejn qal li din l-idea għandha l-approvazzjoni tal-familja u kien għalhekk ipproponiha lill-Kunsill Lokali.
Fil-laqgħa numru 40, ħassejt id-dover li f’isem il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, insellem il-memorja tal-mibki Dr Victor Calvagna. Ipproponejt, li l-Kunsill jikkummissjona bust ta’tifkira biex jitqiegħed fl-akwati fejn seħħ l-inċident bħala ġest ta’ ringrazzjament għal wens u l-għajnuna kbira tiegħu lill-poplu Malti; mhux l-anqas, lir-residenti Pawlin. Nirringrazzja lill-familja tiegħu għall-approvazzjoni tagħhom.
Alfred Grima – Sindku ta’ San Pawl il-Baħar