Żagħżugħ ta’ 22 sena mil-Litwanja weġġa’ gravi wara li waqa’ madwar żewġ metri f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ dal-lejl għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ filgħodu fi Triq it-Trundiera, limiti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku mill-Isptar Mater Dei.
Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.