L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia sostna li l-membri li jiffurmaw parti mill-Kumitat Parlamentari tal-Kontijiet Pubbliċi għandhom jikkonduċu ruħhom b’mod rispettabbli u eżemplari filwaqt li jaraw li jifformulaw il-mistoqsijiet tagħhom b’kawtela mingħajr ma jinsultaw lil xulxin.
Dr Anġlu Farrugia saħaq dan f’ruling li ta l-Ħamis filgħaxija, fuq talba tad-Deputat Konrad Mizzi wara li sostna li l-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi li qed jidher quddiemu permezz tad-Deputati Nazzjonalisti, qed joħroġ b’insinwazzjonijiet u allegazzjonijiet fir-rigward tiegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI