Mara ta’ 38 sena minn Birżebbuġa weħlet sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin.
Dan wara li fil-Qorti nstabet ħatja li għal disa’ snin sħaħ sakkret mara b’diżabilità intellettwali għal sigħat sħaħ f’kamra ma’ żewġt iklieb, f’intiena qawwija.
Fil-Qorti ntqal kif l-akkużata kienet taqfel lill-vittma bejn l-għaxra ta’ filgħaxija sat-tlieta ta’ wara nofsinhar, xħin l-akkużata tmur lura d-dar mix-xogħol.
Hija nstabet ħatja b’theddid kontra mara oħra li kienet tgħix magħha fl-istess appartament.
Dan hekk kif hija kienet titlobha biex ittiha flus għall-kera.
Fil-Qorti ntqal kif l-akkużata kienet tieħu mal-elfejn pupu tal-Playmobil kuljum sabiex il-persuna b’diżabilità tgħaqqadhom u l-flus kienu jidħlu fil-kont bankarju tal-akkużata għax-xogħol li għamlet il-vittma.