Il-Prim Ministru qal li l-vera attakki fuq l-istituzzjonijiet ġejjin fosthom mill-Kap tal-Oppożizzjoni li mar quddiem il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sabiex jintimida l-aġir tal-Kummissarju tal-Pulizija.
Hu jwieġeb id-domandi tal-ġurnalisti barra l-Berġa ta’ Kastilja, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li dan il-Gvern kien l-aktar wieħed li ta riżorsi lill-istituzzjonijiet Maltin sabiex ikunu jistgħu jaħdmu bl-aktar mod liberu.
Dr Abela semma wkoll l-attakki minn Deputati Nazzjonalisti bħal dawk ta’ Jason Azzopardi li għamel minn kollox sabiex jikkundizjona deċiżjoni tal-Qorti.
Qal li Gvern Laburista mmexxi minnu verament jemmen fl-isituzzjonijiet u li ta prijorità assoluta lill-Governanza tajba.
Huwa appella wkoll sabiex l-istituzzjonijiet jitħallew jaħdmu u tenna l-fiduċja fihom filwaqt li spjega li dawn għandhom ikollhom għan wieħed, dak tar-retta tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja.