Charlon Pivitelli ta’ tlieta u sebgħin sena minn Ħal Tarxien inħeles mill-arrest wara li kien mixli li pprova jigdem uffiċjal tal-Pulizja.
Allegatament ir-raġel attakka Pulizija li kien qiegħed għassa mal-Ambaxxata Amerikana f’Ta’ Qali u li pprova jwaqqaf lill-akkużat milli jinsulenta żewġ nisa li kienu fil-parkeġġ tal-istess Ambaxxata.
Il-Prosekuzzjoni qalet kif l-uffiċjal tal-Pulizija sema’ argument u mar jara x’kien qiegħed jiġri.
Instema’ kif meta wasal l-Pulizija ra lill-akkużat jgħajjat u jinsulenta lil mara u lil bintha li kienu f’karozza.
Madanakollu, s-sitwazzjoni eskalat meta l-Pulizija mar biex jikkalma s-sitwazzjoni.
Pivitelli wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Rachel Montebello laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ mitejn ewro u garanzija personali ta’ elfejn ewro filwaqt li l-imputat ġie mitlub jiffirma f’għassa tal-Pulizija darba fil-ġimgħa.