Delegazzjonijiet mir-Russja u l-Ukrajna jinsabu f’Pariġi għal taħdidiet, fost it-tensjoni dwar iż-żieda ta’ suldati Russi fil-fruntiera bejn ir-Russja u l-Ukrajna.
Għal din il-laqgħa qed jattendu wkoll diplomatiċi minn Franza u l-Ġermanja.
Intant, b’rabta mal-iżviluppi fil-fruntiera, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti heddew b’sanzjonijiet kontra r-Russja u anke fuq il-President Russu Vladimir Putin jekk jinvadi l-Ukrajna.
Ir-Russja tenniet ripetutament li mhix beħsiebha tattakka l-ġar tagħha filwaqt li akkużat lin-NATO li qed iddgħajjef is-sigurtà tar-reġjun.
Minkejja ċ-ċaħdiet mir-Russja, l-Amerika bagħtet numru ta’ ajruplani tal-gwerra l-Litwanja, l-istess se tagħmel id-Danimarka.
Filwaqt li l-Ġermanja bagħtet mal-5,000 elmu militari lill-Ukreni.