Fl-aħħar sigħat fiequ 490 persuna mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew 314-il każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ 4,309.
Sal-bieraħ, ingħataw 1,201,389 doża tal-vaċċin, li minnhom, 325,224 kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm mija u persuna pożittivi għall-Covid-19 li qed jieħdu l-kura fl-isptar Mater Dei.
Sitta minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, żewġt anzjani rġiel ta’ 86 u 88 sena mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.