L-Uffiċjali tal-Gwardja tal-Kosta tal-Amerika bħalissa għaddejjin bi tfittxija għal 39 persuna li bħalissa huma maħsuba li huma mitlufa hekk wara li nqaleb il-bastiment li kienu fuqu u li jintuża għall-kutrabandu fost attivitajiet oħra.
Qed jiġi rrapportat li l-bastiment inqaleb is-Sibt filgħaxija l’barra mill-kosta ta’ Florida.
Madanakollu, l-uffiċjali ġew imwissija bl-inċident t-Tlieta filgħodu wara li sajjieda lemħu raġel fuq id-dgħajsa maqluba.
Ir-raġel, li l-identità tiegħu mhix magħrufa, qal li hu flimkien mal-membri l-oħra telqu mill-Baħamas is-Sibt bil-lejl u ltaqgħu mal-maltemp waqt li kienu qed ibaħħru.