Daniel Farrugia ta’ 36 sena ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ta b’ħadida lil ġuvni u tfajla, bil-ġuvni jitlef għajn minnhom kawża tal-argument.
L-argument li seħħ fil-Mosta, f’Mejju tal-2011 kien dwar inċident bil-karozzi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li l-ġrieħi li kkawża Farrugia fuq il-ġuvni mhumiex kompatibbli ma’ persuna li qed tiddefendi lilha nnifisha kif insista l-akkużat.