Vettura tat-tip Tesla bassret ħabta ftit sekondi qabel ma’ seħħ inċident tat-traffiku f’triq barra minn Malta. L-istess vettura qabdet danl-inċident fuq kamera li tkun installat fil-vettura stess.
Il-vettura li għandha l-possibiltà li tinstaq b’mod awtomatiku waħedha u li għandha mezz kif tinduna xi jkun se jseħħ minn qabel, xegħlet l-allarm u wara l-karozza għamlet waqfa ta’ emerġenza sekondi qabel ma seħħ l-inċident.
Minkejja s-serjetà tal-inċident li seħħ, Hans Noordsij, sid il-vettura, qal li fortunatament ħadd ma weġġa’ waqt l-inċident.