Il-Pulizija Awstraljana li taħdem kontra każijiet ta’ terroriżmu qed iżżomm raġel allegatament hedded li se jagħmel xi azzjoni waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-ewwel tas-sena.
Ir-raġel ta’ 40 sena kien arrestat fl-ajruport ta’ Sydney nhar il-Ħamis, wara li vjaġġa minn Londra.
L-allegat theddid sar fuq il-mezzi soċjali, u wara li nkiteb dan il-kliem, il-Pulizija għamlet tfittxija f’daru u ġewwa faċilità f’Sydney. Minn hemm ħadet dokumenti u hard drive ta’ computers.
Issa l-Pulizija qalet li m’hemmx theddid li jafu bih għal dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. Madnakollu mhux qed tipprovdi dettalji dwar it-tip ta’ theddid li allegatament sar.
Dan l-arrest sar ġimgħa wara li l-Pulizija ħabbru li xekklu attakk maġġuri li kellu jseħħ f’Melbourne dakinhar tal-Milied.