Il-proċeduri tal-Qorti b’rabta mal-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Maria Efimova, l-eks impjegata tal-Bank Pilatus, ġew differiti sine die, jiġifieri b’mod indefinit.
Efimova hija mixlija bi sperġur, jiġifieri li ħadet ġurament falz u gidbet dwar l-istorja Egrant.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Efimova hija akkużata wkoll li kissret il-kundizzjoniiet tal-liberta proviżorja imposti fuqha fl-2016, wara li din ħarbet mill-pajjiż.
Ma’ Efimova hemm akkużat ukoll bi sperġur, Jonathan Ferris.