Fi stqarrija l-Università ta’ Malta nnutat b’dispjaċir li l-Unjin għall-Għalliema, l-MUT, ordnat strajk fil-Junior College.
L-Università qalet li kif fl-aħħar xhur hija kienet involuta f’bosta diskussjonijiet mal-MUT sabiex jintlaħaq qbil dwar il-ftehim kolletiv.
L-istqarrija żiedet tispjega li l-Università temmen li hija poġġiet fuq il-mejda proposti tajbin ta’ pakketti finanzjarji għal-letturi iżda saħqet li l-MUT qed tkompli tirrifjuta dawn il-proposti u reġgħet daħlet fis-seħħ l-azzjonijiet industrijali, bil-konsegwenza li l-istudenti qed jitilfu t-tagħlim.
L-Università Maltija qalet li hija tibqa’ miftuħa sabiex eventwalment jintlaħaq il-ftehim.