Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo, f’isem Malta, appella sabiex ikun hemm diskussjoni paċifika bejn l-Ukrajna u r-Russja fid-dawl tat-tensjonijiet li qamu bejniethom.
Il-Ministru Bartolo kien ukoll preżenti fil-Kunsill tal-Ministri fejn dawn qablu li s-sigurtà fl-Ewropea hija neċċessarja.
F’kumment huwa qal li“Iddiskutejna wkoll it-tensjoni bejn l-Ukrajna u r-Russja u aħna bħall-oħrajn appellajna biex ikompli d-djalogu u n-negozjati biex tiġi evitata l-gwerra.”