Qed jiġi rrappurtat li l-President tal-Burkina Faso, Roch Kaboré ġie arrestat mis-suldati.
Diversi truppi f’dan in-nazzjon Afrikan talbu t-tkeċċija tal-kapijiet militari u iktar riżorsi biex jiġġieldu l-militanti Iżlamiċi.
Matul il-lejl instemgħu xi tiri sparati viċin il-Palazz Presidenzjali u fil-barracks tas-suldati fil-kapitali Ouagadougou.
Il-Gvern ċaħad akkużi li sar kolp ta’ stat jew li l-President jinsab taħt arrest.
Rapporti fil-midja internazzjonali qal li l-President kien arrestat f’kamp militari minn xi suldati.
Filmati mill-kapitali juru vetturi armati milquta minn tiri sparati u abbandunati f’nofs ta’ triq.