Il-komunità Dumnikana ħabbret li Patri Bernard Caruana OP se jinħatar bħala Vigarju Ġenerali tal-Arċidjoċesi Albaniża.
Dan wara li fil-jum tat-Tnejn l-Arċisqof Metroploitan ta’ Tirana u Durres Arjan Dodaj ħareġ digriet ta’ din il-ħatra.
Ta’ min isemmi kif din il-kariga kien jokkupaha wkoll l-Arċisqof Emeritu tal-istess Djoċesi, Monsinjur Ġorġ Frendo.
Frendo spiċċa uffiċjalment mill-irwol ta’ Arċisqof is-Sibt li għadda, wara li Monsinjur Dodaj inħatar minfloku.