Raġel ta’ tmienja u erbgħin sena mix-Xagħra weġġa’ gravi wara li waqa minn fuq sellum waqt li kien ġo kamra f’għalqa.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta tas-siegħa ta’ wara nofshinar fi Triq il-Merżuq, iż-Żebbuġ.
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex jingħata l-kura.
Ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.