Fl-aħħar sigħat fiequ elf, mitejn, sitta u disgħin persuna oħra mill-Covid-19 f’pajjiżna u feġġew mitejn u ħamsa u tmenin każ.
In-numru ta’ każijiet attivi bħalissa huwa ta’ sitt elef, disa’ mija, sitta u għoxrin.
Sal-bieraħ, ingħataw miljun, mija, wieħed u disgħin elf, seba’ mija, tmienja u sittin doża tal-vaċċin, li minnhom, tliet mija u għoxrin elf, tliet mija sitta u tmenin minnhom kienu dożi tal-booster.
L-Awtoritajiet tas-Saħħa qalu li hemm mitt persuna li hija nfettata bil-Covid-19 li qed jieħdu l-kura l-Isptar Mater Dei.
Tmienja minnhom qegħdin fit-Taqsima għall-Kura Intensiva.
Fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa, erba’ anzjani, mara ta’ disgħa u tmenin sena, u tliet irġiel ta’ disgħa u sebgħin, wieħed u tmenin u sitta u tmenin sena tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19.