Ġiet approvata applikazzjoni li saret mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futbol mal-Awtorità tal-Ippjanar biex jiġi żviluppat Ċentru Nazzjonali tal-Futbol f’Ta’ Qali.
Dan il-proġett jikkonsisti fil-bini ta’ post ġdid ta’ faċilitajiet li se jkun id-dar il-ġdida għat-Timijiet Nazzjonali Maltin tal-Futbol.
Se jkun jikkonsisti wkoll f’laboratorji tar-riċerka xjentifika għall-isport, faċilitajiet mediċi, klinika tal-fiżjoterapija, gym, kmamar għal-lezjonijiet fost oħrajn – kollox skont il-linji gwida tal-UEFA. Dan iċ-ċentru ġie ddisinjat bi ħsieb ewlieni, dik li joffri ambjent sigur u sostenibbli.
Din il-faċilità se sservi wkoll bħala id ta’ għajnuna għall-assoċjazzjoni, il-Fondazzjoni Inħobb il-Futbol, li bħalissa tinsab fil-bidu tagħha iżda li titqies bħala pilastru ewlieni tal-istrateġija tal-MFA, se sservi biex timplimenta strateġiji li jwasslu għall-għaqda fil-filosofija tal-futbol, iżżid il-parteċipazzjoni fost oħrajn.