Ritratti ġodda juru d-diżastru li ħalla t-tsunami f’Tonga, kaġun tal-iżbroff ta’ vulkan minn taħt il-baħar.
Dawn ir-ritratti juru l-gżejjer Paċifiċi miksija b’saff ta’ rmied, filwaqt li fiż-żoni kostali hemm xeni ta’ siġar imwaqqa’ u bini mġarraf kawża tal-qawwa tal-mewġ.
It-tsunami tas-Sibt ħalla minn tal-inqas tliet persuni mejta.
Cable maqtugħ taħt il-baħar jista’ jieħu ġimgħat biex jissewwa, li jfisser li Tonga se jkun maqtugħ mill-kumplament tad-dinja.
Madanakollu dawn ir-ritratti li ġew żvelati mill-konsulat ta’ Tonga fl-Unjoni Ewropea, juru s-sitwazzjoni diżastruża fil-kapitali Nuku’alofa, li qed ixxekkel l-għajnuna bħall-ikel u x-xorb bil-ħelikopters, milli tasal.