Sayfedine Bonavia ta’ tmintax-il sena baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti akkużat b’serq aggravat.
Quddiem il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace ġie spjegat kif iż-żagħżugħ allegatament seraq basket ta’ koppja barranija b’żewġ mobiles li jiswew madwar elf ewro kull wieħed.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Intqal ukoll kif l-akkużat qala’ xi daqqiet mingħand xi nies li rawh iwettaq dan l-allegat serq.
Ħaġa li rat il-kundanna tal-Maġistrat.
Il-Prosekuzzjoni xliet ukoll lil Bonavia li insulta l-Pulizija, li kiser il-kundizzjoni tal-ħelsien mill-arrest u anke li rreżista l-arrest.
Hawnhekk ġie spjegat kif l-akkużat kien qal mal-pulizija li bela’ xi pirmli u għalhekk ittieħed l-isptar għal xi testijiet.