Il-Kap tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa ħareġ twissija lill-mexxejja dinjija li l-pandemija tal-Coronavirus għadha ma spiċċatx.
Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus wissa li mbilli l-varjant il-ġdid, Omicron jidher li huwa ferm inqas qawwi mill-virus li konna mdorrijin bih qabel, xorta ma neħħiex it-theddida tal-Covid-19.
Din id-dikjarazzjoni għamilha fid-dawl li xi pajjiżi Ewropej għadhom qed jirreġistraw rekord ta’ infezzjonijiet, fosthom Franza, li lbieraħ irreġistrat kważi nofs miljun każ f’ġurnata.
F’konferenza tal-aħbarijiet fil-kwartieri tal-WHO f’Ġinevra, Dr Tedros qal li l-Omicron wassal għal tmintax-il miljun infezzjoni madwar id-dinja tul l-aħħar ġimgħa.
Wissa li minkejja li l-varjant il-ġdid juri li huwa inqas sever, in-narrattiva li l-marda naqset jew li hija inqas qawwija, hija qarrieqa u mhux korretta.