Il-kontijiet tal-enerġija f’pajjiżi Ewropej żdiedu b’ 54% meta mqabbel mal-2020.
Din iż-żieda ġiet innutata minn analisti tal-Bank of America.
Fil-fatt, il-medja tan-nefqa f’kontijiet tal-elettriku fiż-Żona Ewro għas-sena 2020 kienet ta’ €1,200, iżda din iċ-ċifra issa telgħet għal €1,850.
Uħud mill-intrapriżi madwar l-Ewropa qed jisipiċċaw jagħlqu l-bibien tagħhom jew jgħollu l-prezzijiet tas-servizzi u prodotti, biex ikunu jistgħu ilaħħqu mal-ispejjeż kbar li qed jaffaċċjaw.
Iżda mhux biss, anke l-familji qed iħossu l-piż, fejn saħansitra f’ċertu każijiet iridu jagħżlu bejn li jżommu djarhom sħan jew li jkollhom x’jieklu.