L-Ingliż, li żamm ostaġġ lil erba’ persuni f’sinagoga f’Texas nhar is-Sibt li għadda, kien ġie investigat mill-MI5.
Malik Akram ta’ 44 sena minn Blackburn kien investigat sentejn ilu, madanakollu fi żmien li mar l-Istati Uniti, huwa ġie ddikjarat li ma kienx ta’ riskju.
Huwa inqatel b’tiri mill-pulizija wara li damu għaxar sigħat jinnegozjaw miegħu.
Ħadd mill-erba’ persuni ma weġġa’ waqt li kienu miżmuma ostaġġi.
Intant, żewġ adoloxxenti baqgħu arrestati fl-Ingilterra bħala parti mill-investigazzjoni dwar dan il-każ.