Il-Paċifiku jinsab f’theddida ta’ aktar tsunami wara li lbieraħ żbroffa vulkan taħt l-ilma qrib Tonga.
Kmieni dalgħodu, iċ-Ċentru ta’ Twissija tat-Tsunami tal-Paċifiku qalu li t-theddida naqset minn dik li kien hemm ilbieraħ, madankollu xorta waħda wissew biex in-nies jibqgħu viġilanti għal xi kurrenti qawwija jew mhux tas-soltu.
L-Istati Uniti u l-Ġappun ilkoll ħarġu t-twissija għall-persuni li joqogħdu viċin il-kosta filwaqt li f’konferenza tal-aħbarijiet, il-Prim Ministru ta’ New Zealand, Jacinda Ardern qalet li dgħajjes spiċċaw inġarru lejn l-art.
S’issa ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ mwiet jew persuni li weġġgħu gravi f’Tonga.