Sewwieq ta’ mutur iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10.30 tal-bieraħ filgħaxija fi Triq Diċembru Tlettax.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Suzuki misjuq minn raġel min-Nepal ta’ 28 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar, u Mazda Demio misjuqa minn raġel ta’ 29 sena mis-Siġġiewi.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.