Mark Mallia se jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Identity Malta.
Is-Sur Mallia se jkun qed jieħu post l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv uxxenti, s-Sur Anton Sevasta.
Mallia għandu esperjenza vasta f’pożizzjonijiet maniġerjali differenti, inkluż fil-Forzi Armati ta’ Malta fejn serva wkoll bħala Deputat Kmandant.
Hu gradwat fl-istudji tal-Management, b’Masters mill-Università ta’ Malta.
L-Aġenzija Identity Malta rringrazzjat lil Sevasta tax-xogħol li wettaq fi ħdan l-istess aġenzija.