Il-Gvern Ingliz talab skuża lir-Reġina Eliżabetta għaż-żewġ festini li saru minn ħaddiema tal-Gvern lejlet il-funeral tal-Prinċep Filippu.
Kelliem għall-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li huwa ta’ dispjaċir kbir li dawn saru fi żmien ta’ luttu nazzjonali.
Minkejja li Boris Johnson ma kienx preżenti għal dawn il-festini, xorta waħda qed jaffaċċja mistoqsijiet dwar l-allegament ksur ta’ regoli li kienu ddaħħlu fis-seħħ biex tiġi mrażżna l-imxija minn ħaddiema fl-uffiċċju tiegħu.
Iż-żewġ festini saru meta l-Ingilterra kienet f’lockdown b’restrizzjonijiet li jipprojbixxu amont ta’ nies fi gruppi.