Lucy Grima ta’ 68 sena ngħatat il-ħelsien mill-arrest, wara li tressqet il-Qorti akkużata b’ħasil ta’ flus, użura, u theddid.
Fil-Qorti nstema’ kif il-Pulizija rċevew informazzjoni kunfidenzjali dwar Grima.
Wara li l-awtoritajiet raw l-attività bankarja tal-akkużata, innutaw tranżazzjonijiet ma’ diversi persuni, li juru li allegatament Grima ssellef il-flus b’rati ta’ interessi għoljin.
Intqal ukoll kif Grima allegatament ippruvat tagħmel kuntatt ma’ waħda mix-xhieda waqt l-investigazzjonijiet.
Għall-akkużata deher l-Avukat Ezekiel Psaila.