Mezzi tax-xandir internazzjonali qed jirrapportaw li Theresa May se tressaq pjanijiet biex ir-Renju Unit jirtira mill-konvenzjonijiet stabbiliti mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (EHCR).
Din mistennija tkun fil-qalba tal-kampanja tagħha għall-elezzjoni ġenerali tal-2020, wara li ministri Ingliżi amettew li l-pjanijiet ta’ riforma f’dan il-qasam ġew posposti minħabba Brexit.
Il-Prim Ministru aktarx se tappoġġja pjanijiet biex drittijiet tal-bniedem stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea jittieħdu u jinkitbu għalihom fil-liġi tar-Renju Unit.
Il-Prim Ministru aktarx se tappoġġja pjanijiet biex drittijiet tal-bniedem stabbiliti fil-Konvenzjoni Ewropea jittieħdu u jinkitbu għalihom fil-liġi tar-Renju Unit.