Il-kumpaniji tad-Deputat David Thake, li ġie żvelat li b’kollox għandhom qrib il-miljun ewro x’jagħtu f’pagamenti tal-VAT li jmorru lura s-snin, ma jikkwalifikawx għall-iskema tal-Gvern li tiddiferixxi l-ħlasijiet tal-VAT minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19.
Żvela dan il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Barolo fil-Parlament hekk kif tenna li filwaqt li din l-iskema kienet ta’ għajnuna għal ħafna nies u negozjanti, xorta mhux ta’ min jabbuża minnha.
Fil-fatt, għall-kuntrarju ta’ dak li qal David Thake, il-Ministru Bartolo spjega kif mhux minnu li l-kumpaniji tad-Deputat għandhom il-ħlasijiet pendenti minħabba l-iskema tal-Covid.
“L-ebda kumpanija minn dawn ma’ tista’ tiegħu l-għajnuna ta’ dawn l-iskemi jiġifieri sal-lum dawn iż-żewġ kumpaniji ma jistgħux jibbenefikaw mill-Covid Tax Deferral Scheme u ħa ngħid għaliex. Għaliex hawnhekk fil-guidelines li wieħed isib f’din l-iskema jara kif fil-verità kumpaniji li għandhom iħallsu VAT, taxxa jew inkella bolla li ġiet qabel il-Covid-19, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn l-iskemi.”
Bartolo kompla jispjega għaliex il-kumpaniji ta’ Thake ma jikkwalifikawx għal din l-iskema.
“Hawnhekk qed naraw Sur President li għandna kumpanija minnhom li għandha mal-€175,000 f’VAT x’tagħti minn qabel il-Covid-19 u kumpanija oħra addirittura għandha 10 snin accounts b’lura mela allura dan ifisser li għandek pagamenti tat-taxxa ta’ 10 snin li qegħdin b’lura wkoll.”
B’rabta ma’ dan, it-Tlieta filgħaxija fil-Parlament David Thake ressaq mozzjoni dwar ksur ta’ privileġġ.
AQRA WKOLL: