David Thake huwa rrabjat għad-Dipartiment tal-VAT għaliex skontu qed issir ħsara fuqu wara li nqabad bi ksur ta’ regoli u ħlas pendenti ta’ VAT li issa jqarreb lejn il-miljun ewro.
Għax inkixef li ma ħallasx il-VAT dovuta, mal-ġurnalisti li kienu qed jistennewh barra l-Parlament biex jagħtihom it-tweġibiet, Thake bilkemm ma riedx jgħid li hu l-vittma.
David Thake: “Dipartiment ta’ Gvern qed joħroġ informazzjoni fuq individwu, f’dan il-każ membru tal-Oppożizzjoni biex issir ħsara fuq dak l-individwu.”
Colin Degurara: “Jiġifieri skontok inti l-vittma f’dan kollu.”
Thake spiċċa ħarab iwieġeb il-mistoqsijiet ta’ ONE News.
Colin Deguara: “Għaliex mhux tweġibli l-mistoqsija imma? Denju li tkun kandidat.”
David Thake: “Qed jisimgħu xorta n-nies ta.”
Colin Deguara: “Qed jisimgħu xorta meta toħroġ facebook live.”
Mal-ġurnalisti, fosthom ma’ dak ta’ ONE News, David Thake ma kien komdu xejn għall-mistoqsijiet pertinenti.
Colin Deguara: “Kont tgħajjat tant fuq Adrian Delia. Kont anki toħroġ facebook live wkoll u tgħid li hu mostru.”
David Thake: “M’iniex se nħallik tipprova toskura.”
Colin Deguara: “Huma fatti dawn.”
David Thake: “Hemm xi domanda jekk jogħġbok?”
Colin Deguara: “Għaliex skomdu quddiemhom dawn il-mistoqsijiet?”
U lill-ġurnalisti li riedu jistaqsuh kif ma ħallasx il-VAT fuq medda twila ta’ żmien, David Thake laqahom billi qalilhom għalfejn se joħroġ facebook live.
“Hello, peress li hawn il-ONE ħa noħroġ facetime live.”