Fi stqarrija l-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewlieni qal kif f’ittra, l-Uffiċċju tal-Ombudsman ma tax kas aspetti pożittivi, fosthom li 98% tal-każijiet magħluqa minnu juru li s-Servizz Pubbliku aġixxa tajjeb.
L-istqarrija nnutat li l-proposti mressqa mis-Servizz Pubbliku għandhom l-għan li l-entitajiet kollha ta’ skrutinju fuq l-amministrazzjoni pubblika, mhux l-Ombudsman biss, ikollhom proċeduri ċari u trasparenti dwar ingaġġ ta’ konsulenti u persons of trust fi ħdanhom.
L-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti Ewleini saħaq li mill-istess risposta tal-Uffiċċju tal-Ombudsman jirriżulta li għal darb’oħra, dan mhux jagħti kas dawn il-proposti tas-Servizz Pubbliku biex jiddaħħlu fl-emendi għal-liġi li tirregolah.