Madwar 537 anzjan qed jagħmlu użu mill-iskema tal-benefiċċju għall-carer.
Żieda sostanzjali fuq l-2016 meta tnediet l-iskema hekk kif kien hemm biss 57 persuna jagħmlu użu minnha.
Ħabbar dan il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Michael Farrugia f’konferenza tal-aħbarijiet it-Tlieta wara nofsinhar.
Huwa spjega li min japplika issa għal din l-iskema se jkun qed jieħu totall ta’ €7,000.
Żieda ta’ €1,000 fuq is-sena l-oħra u żieda ta’ €2,500 fuq l-2016 meta tnediet din l-iskema.
“Dan kien proġett li beda fl-2016 tal-carer at home fejn persuna jista’ jimpjega miegħu carer kwalifikata kemm Maltija u kif ukoll barranija ġewwa darhom biex jieħu ħsieb il-persuna li huwa anzjan.”
B’kollox il-Ministru Farrugia spjega wkoll kif i għal din l-iskema, bil-Budget għal din is-sena, il-Gvern alloka tliet miljun u nofs ewro.
Dan ifisser żieda ta’ nofs miljun ewro fuq dak li ġie vvutat għas-sena l-oħra.
“Dan beda bi proġett fejn l-għotja kienet madwar €4,500 bħala għotja f’għajnuna li kien qed jagħti l-Gvern lil min jimpjega carer miegħu u kien hemm madwar 57 persuna li dak iż-żmien kienu qed jiggwadanjaw minn dan is-servizz. Illum in-numru ta’ persuni telgħu għal kważi 600. Minn din is-sena l-għotja minn naħa tal-Gvern se tilħaq €7,000 biex tagħmel tajjeb għal parti sostanzjali tal-paga li tingħata lill-carer.”
Fil-konklużjoni tal-konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Farrugia temm jgħid li din l-iskema hija ntiża li tkompli żżomm l-anzjani Maltin u Għawdxin fil-komunità.
Dan anke permezz ta’ skemi oħrajn bħal dik tas-Silver T li tgħin ukoll lill-anzjani jagħmlu l-qadi tagħhom ta’ kuljum b’mod indipendenti.
Għal aktar informazzjoni dwar din l-iskema, dawk interessati mħeġġa jaċċessaw is-sit activeageing.gov.mt