F’ruling li ta fis-seduta Parlamentari tal-lejla, l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti Anġlu Farrugia talab lid-Deputat Nazzjonalista u Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar sabiex jirtira l-kliem li qal fil-konfront tiegħu f’Seduta Parlamentari t-Tnejn li għadda.
Dan wara li l-Oppożizzjoni talbet ruling dwar kwistjoni biex jittieħed vot fuq Abbozz ta’ Liġi li ressqet hi.
Fir-ruling li ta l-Ispeaker saħaq li l-proċedura li ntużat fil-Parlament hija ċara.