Il-Ministru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Owen Bonnici ħatar lil Mariella Dimech bħala l-ewwel Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis, liema awtorità twaqqfet permezz tal-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis li għaddiet mill-Parlament qabel ma’ dan aġġorna għall-vaganzi tal-Milied.
Dimech hija psikoterapista li għal 21 sena ħadmet mal-Caritas.
Għal sitt snin kienet tmexxi l-Komunità Terapewtika ta’ San Blas.
Intant il-Ministru Bonnici ħatar ukoll għal perjodu ta’ tliet snin l-ewwel Bord tal-Awtorità li, apparti li se jitmexxa mis-Sinjura Dimech, se jkun magħmul ukoll minn Dr Janice Formosa Pace bħala Deputat Chairperson u l-membri Nadine Brincat, Sina Bugeja, Dr Marius Caruana, Dr Charles Cassar, Dr Gabriel Farrugia, Dr Paul Micallef u Charles Scerri.