Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella jinsab f’Baku għal żjara uffiċjali. Hemm qed jipparteċipa f’diskussjonijiet mal-Prim Ministru tal-pajjiż, il-Kap tal-Istat u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin.
Qed jiddiskutu forst oħrajn l-intensifikazzjoni tar-relazzjonijiet bejn Malta u l-Azerbaijan.
Flimkien mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin ġew iffirmati tliet ftehimiet: dwar kif tkun evitata t-tassazzjoni doppja, dwar aktar koperazzjoni fejn jidħlu ż-żgħażagħ u l-isport u dwar konsultazzjoni fuq livell politiku bejn iż-żewġ Ministeri.