Minn tal-inqas 164 persuna, fosthom tifla ta’ erba’ snin, mietu fil-Każakistan waqt protesti vjolenti kontra l-Gvern.
Jekk dan l-ammont jiġi kkonfermat, ikun ifisser żieda ta’ 44 mewt fuq il-figura preċedenti.
Minn tal-inqas sitt elef persuna ġew arrestat, fosthom numru sostanzjali ta’ barranin.
Id-dimostranti, li qajmu rewwixta wara ż-żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil, ħolqu rewwixti kbar li nfirxu madwar il-pajjiż.