Il-Kanċillier Ġermaniż Olaf Scholz ħabbar li mill-15 ta’ Jannar biex tidħol fi stabbilimenti bħal ristoranti, kafetteriji u bars, wieħed irid juri ċertifikat tal-vaċċin.
Barra ċertifikat tal-vaċċin validu, wieħed irid juri wkoll test negattiv jew li fiequ mill-Covid-19.
Din il-miżura tingħaqad ma’ restrizzjonijiet oħra, fosthom li jista’ jkun hemm sa 10 persuni f’laqgħat privat fi djar.
Barra minn hekk f’attivitajiet tal-massa bħal partitarji f’logħob tal-futbol mhumiex permessi u għalhekk dawn qed isiru f’bibien magħluqa.