“Dawn huwa l-aktar każ orribbli li jista’ jkollok.”
Hekk iddeskriva l-omiċidju ta’ nhar il-Ħadd li għadda, il-Kriminologu, il-Professur Savior Formosa, dwar Paulina Maria Dembska, Pollakka ta’ 29 sena, li nqatlet f’Tas-Sliema.
Huwa tenna dan dalgħodu waqt li kien qed jitkellem dwar il-femiċidji f’pajjiżna matul is-snin fuq il-programm ONE Breakfast ippreżentat minn Wayne Sammut u Elaine Degiorgio.
Il-Professur Formosa qal kif iridu jsiru diversi studji sabiex jiġi identifikat il-mottiv tal-każ, fil-fatt dan huwa l-ewwel tax-xorta tiegħu hekk kif il-vittma u l-allegat qattiel ma kinux jafu lil xulxin.
Fl-istess programm, semma wkoll każ meta lura fi żmien l-Ingliżi għebu tliet prostituti u li s-suspett waqa’ fuq il-Kummissarju tal-Pulizija ta’ dak iż-żmien.
Ingħad li allegatament huwa kien difen l-iġsma ġo ħajt f’dar f’Ħ’Attard, u fi żmien riċenti meta saru xi xogħlijiet fl-istess dar sabu fdalijiet umani.
Ara x’kellu xi jgħid aktar dwar omiċidji f’pajjiżna l-Kriminologu l-Professur Savior Formosa.