Żewġ persuni ġew arrestati b’rabta mas-sejba ta’ għaxar katavri ġo karozza fil-Messiku.
Din is-sejba makabra saret ilbieraħ filgħodu wara li karozza tal-għamla Mazda tħalliet abbandunata quddiem l-uffiċċju tal-Gvernatur lokali.
Il-Gvernatur, David Monreal qal li l-katavri tħallew apposta quddiem il-bini.
Il-Messiku ilu għal snin jara livell għoli ta’ kriminalità filwaqt li l-każijiet ta’ qtil dejjem qed jiżdiedu tant li fl-istess stat li nstabu l-katavri, mhix l-ewwel darba li jitħallew persuni mejta f’postijiet pubbliċi.
Ġeneralment, ikunu vittmi ta’ vjolenza bejn gruppi tad-droga fl-istess żona.
Intant, il-Ministru għas-Sigurtà Messikan ikkonferma li bagħat l-għajnuna biex jgħinu fl-investigazzjoni lokali b’rabta ma’ dan il-każ.