Dun David Muscat ġie msejjaħ id-Depot wara l-kumment li għadda, meqjus bħala diskors ta’ mibegħda u omofobiku.
Nifhmu li s-saċerdot ġie interrogat.
Ilbieraħ ONE News irrapporta li Dun David Muscat qal li jekk xi ħadd ikun omosesswali, ikun agħar minn meta persuna tkun imxajtna.
Dan wara l-qtil ta’ Paulina Maria Dembska u li dwar il-każ hemm suspettat, Abner Aquilina.
Il-kummenti kontroversjali ta’ Fr Muscat ġabu l-kundanna ta’ bosta u l-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Scicluna talab maħfra anki mal-ġenituri ta’ persuni LGBTIQ+ u saħaq li se jieħu passi.
Minkejja dan, l-Arċisqof ma qalx x’tip t’azzjoni se jieħu fil-konfront tal-qassis u sa issa baqa’ ma weġibx għall-mistoqsijiet mibgħuta lilu minn ONE News dwar l-azzjonijiet li se jieħu fil-konfront ta’ Fr Muscat.
AQRA WKOLL: