Il-ġuri dwar l-attentat ta’ hold-up fuq il-bank HSBC f’Ġunju tal-2010 ġie pospost sine die, jiġifieri b’mod indefinit.
Dan wara li l-Imħallef Giovanni Grixti, li kellu jibda jippresiedi l-imsemmi ġuri, iddeċieda li Darren Debono magħruf bħala t-‘Topo’ għandu l-ewwel jixhed quddiem Maġistrat fi stadju ta’ kumpilazzjoni.
B’hekk il-kumpilazzjoni f’dan il-każ se terġa’ tinfetaħ minħabba l-iżvilupp li t-‘Topo’ ammetta.
Fl-istadju ta’ kumpilazzjoni Debono se jitla’ fuq il-pedana tax-xhieda u apparti li jixhed b’rabta mal-każ, isirlu wkoll kontro-eżami.
AQRA WKOLL: