F’kumment fuq il-midja soċjali, il-qassis Fr David Muscat qal li jekk xi ħadd ikun omosesswali, ikun agħar minn meta persuna tkun imxajtna.
Huwa qal dan b’rabta mal-omiċidju li ħasad lill-pajjiżna fit-tieni jum tas-sena l-ġdida, fejn inqatlet il-Pollakka, Paulina Dembska.
Muscat, li huwa qassis kontroversjali qal li jekk is-suspettat ta’ dan il-qtil makabru huwa omossesswali jew bisesswali, din tkompli żżid mad-diżordni ta’ din il-persuna.
Huwa qabbel dan bħal meta wieħed ikollu l-pressjoni għolja, iz-zokkor u kanċer f’daqqa.
Dun David Muscat qal kif dan il-persuna jeħtieġ li jkollu l-għajnuna, hekk kif il-possessjoni hija l-inqas gravi, iżda li tkun omossesswali jew kif sejħilha hu “gayyagni” hija agħar.